Il-klabb tal-boċċi ta’ Ħal Għaxaq rebaħ il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni.
Hekk kif il-bieraħ filgħaxija intlagħbet l-aħħar ġurnata tal-kampjonat Għaxaq għelbu lit-tim ta’ Ħamrun bl-iskor ta’ 21 għal 4 biex b’ hekk temmew l-istaġun fl-ewwel post b’total ta’ 20 punt.
Fit tieni post spiċċaw Zebbuġ b’ 16 -il punt u St. Peters Zabbar it-tielet b’ 14 -il punt. Għaxaq kellhom staġun kbir hekk kif minn total ta’ 22 logħba rebħu 20.
Ċelebrazzjonijuet kbar fi tmiem il-loghba kontra Ħamrun bil-klabb Għaxqi jiġi pprezentat bit-tazza bħala champions tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-federazzjoni Maltija boċċi.