Depiro Basketball Club permezz tal-Small Initiatives Scheme tal-Kunsill Malti tal-Volontarjat nieda l-programm Hoop 4 Health.
Dan il-programm inżamm f’bosta skejjel primarji li jagħmlu parti mill-komunita’ minn fejn ġejjien l-atleti tad-Depiro Basketball Club. Dan kollu sar bil-kollaborazjoni tad-dipartiment tal-Edukazzjoni Fiżika fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u Sport.
Il-Kulleġġi Maria Regina San Niklaw kienu dawk li bbenefikaw minn dan il-programm. Kollox ġie mmexxi minn kowcies professjonali mill-Klabb ta’ Depiro fejn it-tfal kellhom l-opportunita’ li jieħdu pjaċir jipprattikaw il-logħba tal-Basketball flimkien ma’ attivitajiet fiżiċi oħra. Kollox sar f’ambjent ta’ pjaċir u divertiment.
Permezz ta’ Hoop 4 Health, il-klabb ta’ Depiro qed jgħin lill-komunita’ u l-iskejjel bil-għan li jippromwovu dejjem aktar l-isport u l-attivita’ fiżika.
Huwa wieħed minn ħafna programmi li għandu l-istess klabb fosthom żfin u anke ġinnastika.
Depiro Basketball Club qed jaħdmu fuq aktar programmi simili u dawk l-iskejjel interessati jistgħu jikuntatjaw lill-klabb permezz tal-email hoop4health@depirobc.com.