Il-Klabb ta’ San Giljan ASC wieġeb għal stqarrija konġunta maħruga minn-Exiles, Sliema, Neptunes u Sirens rispettivament.
Id-decizzjoni tal-Kummissarju tad-Dixxiplina hija dik li hi, u bħala klabb, San Ġiljan ASC irrispetta d-deċiżjoni tal- Kummissarju tad-Dixxiplina.
Fi stqarrija ntqal kif dawn il-klabbs qedg jitfgħu pressjoni fuq ir-referees għal-loghob li għad irid jiġi milgħub, u jikkundizzjonaw lil player u lil-klabb fl-aktar parti kruċjali ta’ dan l-istaġun.
L-istqarrija temmet tgħid li din l-pressjoni ma tista’ twassal għal ebda tibdil fid-deċiżjoni u għalhekk l-unika skop li jifdal huwa li ssir pressjoni fuq l-uffiċjali tal-logħba għall-aktar parti taħraq tal-kampjonat.