Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, fi tweġibiet li għamel fil-Parlament Malta għal xi mistoqsijiet li ġew mistoqsija lilu, iċċara li dak li ntqal f’diversi artikli fil-midja, li l-vot tal-Klabb 3-16, naqas b’4 miljun ewro.
Il-Ministru Grima qal li, li kieku saret verifika sew tal-estimi kien jirriżulta li filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm vot ta’ €9 miljun għal Klabb 3-16 u Skola Sajf, din is-sena l-vot inqasam fi tnejn.
Jekk wieħed jgħodd iż-żewġ voti jsib li issa l-allokazzjoni totali telgħet għal €9.8 miljun.
Dwar il-Breakfast Club, il-vot ta’ miljun ewro għal din is-sena huwa wkoll ogħla minn kemm irriżulta li ntefqu fl-2022 meta l-estimi ġew riveduti. Hemm jirriżulta li ntefqu inqas minn miljun ewro u l-vot għas-sena d-dieħla jlaħħaq proprju l-miljun ewro.
Temm jgħid li l-Gvern se jżomm is-servizzi kollha ta’ bħalissa u saħansitra jsaħħaħhom.