Il-kickboxer lokali Samuele Andolina għada s-Sibt 18 ta’ Novembru se jkun involut fi ġlieda oħra din id-darba waqt avveniment internazzjonali f’Turin l-Italja.
L-avveniment li se nipparteċipa fih Andolina iġib l-isem OKTAGON u jattira eluf kbar ta’ nies u huwa impprtanti ħafna fl-isfera tal-kickboxing internazzjonali.
Andolina se jiġġieled kontra r-rumen Alexandru Cazacinschi.
Samuele Andolina huwa kickboxer ewlieni hawn Malta u jieħu sehem regolarment f’kompetizzjonijiet ta’ Gladiators Promotions. Ilu s-snin twal jitħarreġ f’Malta ma’ Team Noel, taħt is-superviżjoni ta’ Master Noel Mercieca.
Samuele Andolina mal-kowċ Noel Mercieca