Għal dawk li jixtiequ jitgħallmu l-arti tal-kickboxing mingħand ġellied professjonali u kickboxer leġġendarju, Ernesto Hoost se jkun disponibbli fis-seminar organizzat minn Master Noel Mercieca mit-Team Noel Kickboxing Club.
Wara ħdax-il sena, il-kickboxer professjonali rtirat mill-Olanda, li huwa trainer professjonali tal-kickboxing u K1 se jirritorna Malta biex iħarreġ lill-atleti lokali li se jattendu għas-seminars nhar is-Sibt 6 ta’ April.
Erba’ darbiet Champion tad-Dinja K-1, Hoost huwa wieħed mill-akbar kickboxers ta’ kull żmien. Iddebutta fil-K-1 World Grand Prix 1993, fejn wasal sal-finali b’rebħa waħda biss inqas mit-titlu mondjali. Wara karriera twila tlettax-il sena fix-xena tal-kickoxing u l-K1, Hoost ħabbar l-irtirar tiegħu fit-2 ta’ Diċembru 2006, wara t-tournament tal-Finali tal-K-1 World Grand Prix f’Tokyo Dome, il-Ġappun.
B’kuntrast ma’ seminars preċedenti, dan is-seminar se jsir is-Sibt 6 ta’ April fil-Lukanda Westin Dragonara f’San Ġiljan. Is-seminar se jkun maqsum f’żewġ sessjonijiet: sessjoni filgħodu mill-10:00 am sa 12:00 pm, u sessjoni wara nofsinhar mis-2:00 pm sal-4:00 pm, b’waqfa bejniethom. Kafè u xorb ser ikunu servuti matul l-avveniment kollu.
Għall-ewwel darba għal dan is-seminar, l-organizzaturi mal-managment tal-Lukanda Westin Dragonara se jkunu qed jirranġaw kmamar tal-konferenzi fejn il-midja tista’ tintervista lill-parteċipanti, membri tat-tim, u lil Ernesto Hoost innifsu.
Peress li s-seminar se jkun miftuħ għall-istudenti kollha, irrispettivament mil-livell ta’ ħila, fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, il-parteċipanti huma mistiedna jirriservaw posthom minn qabel biex jevitaw id-diżappunt.
Għalhekk, għal aktar informazzjoni jew booking il-parteċipanti huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Master Noel Mercieca fuq in-numru tal-mobile: 7920 8283 jew permezz ta’ email fuq l-indirizz elettroniku: noelmercieca75@gmail.com.