Blake Theuma, ta’ eta’ ta’ 8 snin huwa l-iżgħar kickboxer li għandna f’pajjiżna. Jirrapreżenta lil Malta f’kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali u fl-1 ta’ Novembru li ġej se jikkompeti kontra t-taljan Nicolas Mihaiu fl-avveniment tal-Combat Sports UNLEASHED FIGHT NIGHT imtella’ minn The Arena Promotions. Jitħarreġ ma’ Jalen Club ta’ Hal Tarxien taħt is-superviżjoni tal-kowċ Mark Manicolo.
Minkejja li għadu ta’ eta’ żgħira, Blake għandu rekord fejn minn ħames ġlidiet tilef waħda biss.
Blake, magħruf bħala Sugar Shake, se jipprova jirrepeti l-wirja sabiħa li kellu f’Ġunju li għadd waqt l-avveniment FIGHT FOR GLORY. F’dik il-kompetizzjoni rebaħ il-ġlieda kontra l-isqalli Francesco Bellamacina.
Wara l-ġlieda tal-1 ta’ Novembru huwa se jirrapreżenta lil Malta għaċ-ċinturin internazzjonali tal-WKA International, ġlieda ta’ 5 rounds (ta’ żewġ minuti ‘l waħda).


