Ingliża ta’ 34 sena li toqgħod Barċellona u li qalbha waqfet tħabbat għal sitt sigħat reġgħet ingħata il-ħajja f’każ li skont it-tobba ddiskrevewh bħala eċċezzjonali.
Audrey Schoeman żviluppat ipotermja severa meta inqabdet f’maltempata tal-borra waqt li kienet mixja mar-raġel tagħha qalb il-muntanji Pyrenees fi Spanja, b’konsegwenza illi kellha diffikultà titkellem u tiċċaqlaq bi ftit mumenti wara tispiċċa mitlufa minn sensiha.
Il-kundizzjoni tagħha marret għall-agħar meta kienet qed tistenna s-servizz tal-emerġenza, li dam madwar sagħtejn biex jasal fil-post. Sa dak il-ħin ir-raġel tagħha ħaseb li kienet mietet. Sakemm wasal it-tim ta’ salvataġġ, it-temperatura ta’ ġisimha kien naqas għal 18°C.
It-tabib, Eduard Argudo, spjega kif it-temperaturi kesħin kienu fattur li għenu lil Schoeman ma’ titlifx ħajjitha. Huwa kompla jgħid li l-ipotermja, li kważi qatlitha, għenitha biex ġisimha ma’ jidditerjorax. Żied jgħid li kieku l-arrest kardijaku ta’ dak it-tul kien f’temperaturi normali, l-mara kienet tmut.
Dan l-inċident li seħħ f’Novembru li għadda, huwa l-itwal arrest kardjaku li qatt ġie rreġistrat fi Spanja.