Taħt sigurtà stretta, il-Kenja qed terġa’ tivvota għal President.
Elezzjoni li qed terġa’ ssir wara li l-Qorti Suprema annullat ir-riżultat, u qed tkun ibbojkottjata mill-Oppożizzjoni.
Il-Pulizija ġġieldet u saħansitra użat il-gass tad-dmugħ fuq bosta persuni li qed jappoġġjaw lill-Oppożizzjoni; b’uħud minnhom qed jimblukkaw l-aċċess għall-postijiet tal-votazzjoni.
Il-President Kenjan Uhuru Kenyatta kien rebaħ l-elezzjoni f’Awwissu li għadda, iżda l-istess elezzjoni kienet iddikjarata nulla fi sfond t’akkużi dwar irregolaritajiet u illegalitajiet.
Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku joħroġ jivvota u jżomm il-paċi.