ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      “Austin Gatt jista’, Ninu Zammit le” – Nazzjonalisti rrabjati għal Karol Aquilina 

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Veterani mir-Renju Unit jagħmlu xogħol volontarju ma’ Heritage Malta u l-FAM

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Papa l-Ġdid Iljun XIV b’diskors ta’ paċi, għaqda u mħabba

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Kardinal Amerikan Robert Francis Prevost hu l-Papa l-ġdid – Papa Iljun XIV

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Gwardji Żvizzeri joħorġu fi Pjazza San Pietru

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      It-tradizzjoni li Papa ġdid jagħżel l-isem li se jadotta … tradizzjoni sinifikanti…

      8 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Norbert Attard jirbaħ il-Premier League of Darts

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-Enemed Futsal Premier League f’fażi deċiżiva

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Boċċi: Żebbuġ ikomplu bir-rebħ

      7 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Il-Papa l-Ġdid Iljun XIV b’diskors ta’ paċi, għaqda u mħabba

      8 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-Kardinal Amerikan Robert Francis Prevost hu l-Papa l-ġdid – Papa Iljun XIV

      8 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-Gwardji Żvizzeri joħorġu fi Pjazza San Pietru

      8 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      It-tradizzjoni li Papa ġdid jagħżel l-isem li se jadotta … tradizzjoni sinifikanti…

      8 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      L-avventura tkompli! X’ġaralha Amy waqt Liquorish?

      5 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Beda l-ġbid għal sensiela komika ġdida li ser tixxandar fuq ONE

      3 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      “Austin Gatt jista’, Ninu Zammit le” – Nazzjonalisti rrabjati għal Karol Aquilina 

      8 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Veterani mir-Renju Unit jagħmlu xogħol volontarju ma’ Heritage Malta u l-FAM

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Papa l-Ġdid Iljun XIV b’diskors ta’ paċi, għaqda u mħabba

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Kardinal Amerikan Robert Francis Prevost hu l-Papa l-ġdid – Papa Iljun XIV

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-Gwardji Żvizzeri joħorġu fi Pjazza San Pietru

      8 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      It-tradizzjoni li Papa ġdid jagħżel l-isem li se jadotta … tradizzjoni sinifikanti…

      8 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      MILL-PARLAMENT

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Jingħataw id-dettalji dwar sehem l-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra 

      8 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Norbert Attard jirbaħ il-Premier League of Darts

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-Enemed Futsal Premier League f’fażi deċiżiva

      7 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Boċċi: Żebbuġ ikomplu bir-rebħ

      7 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Il-Papa l-Ġdid Iljun XIV b’diskors ta’ paċi, għaqda u mħabba

      8 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-Kardinal Amerikan Robert Francis Prevost hu l-Papa l-ġdid – Papa Iljun XIV

      8 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-Gwardji Żvizzeri joħorġu fi Pjazza San Pietru

      8 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      It-tradizzjoni li Papa ġdid jagħżel l-isem li se jadotta … tradizzjoni sinifikanti…

      8 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      L-avventura tkompli! X’ġaralha Amy waqt Liquorish?

      5 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Beda l-ġbid għal sensiela komika ġdida li ser tixxandar fuq ONE

      3 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Il-kannabis u l-użu tagħha f’Malta, diskussjoni waqt U_TALK fuq ONE

      8 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Awla ta’ din il-ġimgħa dwar it-tqala

      6 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

Il-kelma t-tajba f’baħar imqalleb

minn ONE News 29 ta' Marzu 2017
minn ONE News 29 ta' Marzu 2017

Id-dinja għaddejja minn mumenti diffiċli u d-diplomazija, jew il-kelma t-tajba, huma importanti iktar minn qatt qabel. Jiem wara attakk terroristiku ieħor, f’mument fejn qed tiżdied it-tensjoni mat-Turkija u filwaqt li Malta għandha t-tmun tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tkellimna mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella.

Għaddiet kważi nofs il-Presidenza ta’ Malta fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. X’inhi l-analiżi tiegħek sa issa u fejn qed tara l-Malta tispikka?

Bħalma jiġri f’kull ħaġa oħra li tkun ilek tistenna, meta jasal il-waqt, dak l-avveniment tant mistenni qisu jtir u jidher għaddej malajr. Hekk ġara b’din il-Presidenza. Aktar minn sentejn ta’ preparamenti, u f’kemm ili ngħidlek, wasal l-ewwel ta’ Jannar, u kwazi għaddew tliet xhur diġà mis-sitt xhur li rridu nagħmlu fil-Presidenza.

Jien nara li f’dawn ix-xhur li għaddew sa issa ħriġna bl-unuri. Il-preparazzjoni li kienet ilha ssir min-nies taċ-ċivil, fil-Ministeri kollha, tat ir-riżultati, għaliex f’kull attività li konna involuti fiha, ħareġ riżultat tajjeb, kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ loġistika, organizzazzjoni, u tmexxija ta’ avvenimenti, kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut u r-riżultati politiċi f’laqgħat ministerjali fil-Parlament Ewropew, Kumitati Ministerjali, u f’kumitati ta’ uffiċjali għolja, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, specjalment fi Brussell.

Malta qiegħda turi preparazzjoni tajba, qed turi impenn, qed turi li hija kompetenti, u qed turi wkoll li għandha sens ta’ Leadership.

Dan ħareġ bl-aktar mod ċar fis-Summit tal-Mexxejja tal-Pajjiżi tal-UE, fejn Malta ddettat l-aġenda dwar il-migrazzjoni, u rnexxielna nġibu qbil unanimu dwar programm ta’ azzjoni mmirat biex jittaffa xi ftit dan il-fenomenu.

Il-kumplimenti u t-tifhir li qlajna kienu ta’ inkoraġġiment kbir.

F’mument fejn għaddejja l-Presidenza kif tintlaqat il-politika tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta?

Il-politika barranija ta’ pajjiżna ilha tissawwar matul dawn l-aħħar snin, u fattur importanti kien il-kontinwità, u l-qbil mal-linji ġenerali tal-politika barranija Ewropea. Kien għalhekk li wieħed ma kienx jistenna li waqt il-Presidenza kien se jkollna xi nuqqas ta’ qbil, jew skontru mal-politika Ewropea.

Min-naħa l-oħra, matul il-Presidenza aħna ħdimna biex indaħħlu orjentazzjoni Mediterranja fil-politika barranija Ewropea billi kontinwament nirreferu għas-sitwazzjonijiet, li sfortunatament huma ħafna, li għandhom x’jaqsmu mar-reġjun tal-Mediterran, mal-Lvant Nofsani, mal-Pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, u mal-Pajjiżi tal-Golf Għarbi.

Irid jingħad li sfortunatament dawk il-problemi li qegħdin ikiddu l-Ewropa bħalissa, bħall-migrazzjoni, it-terroriżmu, in-nuqqas ta’ sigurtà, is-Sirja, il-Libja, u l-kwistjoni Iżrael-Palestina; huma kollha problemi li ġejjin minn dan ir-reġjun tal-Mediterran.

Barra minn hekk, filwaqt li nieħdu parti sħiħa fil-formulazzjoni tal-politika barranija Ewropea, u dik ta’ sigurtà, assigurajna li l-istatus ta’ newtralità tagħna jiġi rispettat, u li l-obbligi mistennija minna jirrispettaw il-limitazzjonijiet kostituzzjonali li status bħal dan ippoġġi fuq pajjiżna.

Qegħdin ngħixu f’reġjun imqalleb mhux ħażin u donnu m’hemmx wisq xaqq ta’ tama li f’postijiet bħal-Libja s-sitwazzjoni titranġa. Taqbel li ma tantx hemm għaliex inkunu ottimisti?

Nammetti li ċ-ċirkostanzi mhumiex sbieħ, imma ma nemminx li għandna naqtgħu qalbna. Fil-ħajja u fl-istorja, hemm sensiela ta’ episodji li jalternaw, gwerra mal-paċi, instabbilità ma’ ‘stabbilità’, tkissir ma’ rikostruzzjoni, u disperament mat-tama. Bħalissa veru li l-affarijiet mhumiex sbieħ, imma bil-persevranza, bl-appoġġ meħtieġ, u b’ħidma diplomatika sfiqa u kontinwa, hemm cans li naslu.

Żgur m’aħniex se naslu bil-ġlied u bil-gwerer. Lanqas bil-piki, u bl-ebusija tar-ras. Hemm ħafna interessi barranin involuti, minn għal ħaġa, u min għal oħra.

Xogħolna huwa li nqarrbu l-partijiet lejn xulxin, u li nagħtu l-pariri meħtieġa biex nevitaw aktar imwiet, tbatija, u popli tturufnati f’pajjiżi barranin, u f’arthom stess.

Huwa fi sfond bħal dan li fih jikber l-estremiżmu, ir-radikaliżmu, u l-ħerqa biex zgħażagħ isiru terroristi.

Wara l-aħħar żviluppi anki jekk l-Istat Iżlamiku qed jiddgħajjef fl-Iraq b’operazzjonijiet militari fejn tara li t-theddida tal-Istat Iżlamiku tista’ tikber?

It-theddida tal-Istat Iżlamiku, ma tista’ bl-ebda mod tiġi mċekkna. Huwa veru li militarment, il-forzi tal-Istat Iżlamiku qegħdin jitilfu ġellieda, territorju, u anke dħul finanzjarju. Imma jkun iblah min jaħseb li b’daqshekk dawn waslu biex jisparixxu jew jinqerdu darba għal dejjem. L-ISIS mill-Iraq u s-Sirja mxew lejn Sirte fil-Libja minn fejn tkeċċew u megħluba mill-forzi ta’ Misurata.

Minkejja li tilfu bejn 1,000 u 1,500 ruħ fil-ġlied biex jibqgħu f’Sirte, illum dawk li fadal minnhom jinstabu mferrxa f’territorju Libjan aktar ’l isfel fil-Libja, u filwaqt li għandom mezzi kif iżommu kuntatt ma’ xulxin, jistgħu wkoll isibu appoġġ minn komunitajiet u tribujiet li ma jarawhomx daqshekk ħżiena f’għajnejhom.

Jekk jinħass il-bżonn, mhux eskluż li dawn jistgħu jingħaqdu anke taħt xi isem ieħor. Fil-frattemp huma kapaċi jkomplu bl-attakki terroristiċi tagħhom, għaliex għandhom mezz sofistikat kif iżommu kuntatt ma’ xulxin, u kif iżommu l-organizzazzjoni tagħhom tkompli tiffunzjona.

Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Hemm soluzzjonijiet għaliha u kif tara l-mod kajman kif wieġbu l-pajjiżi Ewropej għall-programmi ta’ resettlment u relocation?

Il-migrazzjoni huwa fenomenu li ma jistax jitwaqqaf għalkollox. Jista’ però jigi kkontrollat u ppjanifikat.

Wieħed irid jiddistingwi bejn dawk li qegħdin jaħarbu mill-gwerer, mill-persekuzzjoni, u minn theddid fuq ħajjithom għal diversi raġunijiet, li jagħmilhom refuġjati, u bejn dawk li l-mottiv prinċipali għaliex qegħdin ifittxu li jmorru f’pajjiż ieħor, huwa biex isibu ħajja aħjar, u prospetti aħjar għall-futur tagħhom u ta’ wliedhom. Dawn huma magħrufa bħala immigranti.

L-Unjoni Ewropea bil-livell għoli ta’ ħajja li tgawdi, u bil-paċi u sigurtà li wieħed igawdi fiha, hija kalamita għal kull min irid ifittex refuġju, kemm għal raġuni, u kemm għal raġuni oħra.

Huwa fatt però li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jilqgħu lil kulħadd, ikun kemm ikun kbir in-numru. Aktar minn hekk, kull pajjiż għandu l-opinjoni pubblika tiegħu, li trid ukoll tiġi rispettata. Dan iwassal li diffiċli li wieħed jagħmel regoli dwar numri ta’ immigranti jew refugjati li kull pajjiż ikun obbligat jaċċetta f’pajjiżu. Lanqas it-Trattati tal-Unjoni stess ma għandhom saħħa jew dritt jagħmlu dan. Allura strettament, ’il bogħod mill-obbligazzjonijiet morali, kull pajjiż huwa liberu jilqa’ u jassorbi fis-socjetà tiegħu n-numru li jidhirlu huwa, minn dawk li jkunu qegħdin ifittxu ażil.

Għalhekk żviluppat is-sitwazzjoni xejn sabiħa fejn ċerti pajjiżi jinsistu li ma jridux jieħdu parti fit-tqassim ta’ refuġjati minn skema Ewropea ta’ rilokazzjoni u resettlement.

Bħalissa għaddejjin attentati u negozjati biex dawn id-differenzi jingħelbu, u tinstab sistema biex b’mod bilanċjat u ekwu, kull pajjiż iġorr sehem xieraq mir-responsabbiltà li dan il-fenomenu ta’ migrazzjoni jitfa’ fuq spallejn l-UE.

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea?

Kif għidt diġà, l-Unjoni Ewropea, minkejja li mhijiex perfeta, u lanqas ma hija l-aqwa blokk ekonomiku fid-dinja, xorta tappella ħafna u tiġbed lejha pajjiżi li jemmnu li bi sħubija fi ħdan din l-għaqda, jakkwistaw aktar relevanza, aktar sigurtà, żvilupp ekonomiku aħjar, u ħarsien aħjar għaċ-ċittadini tagħhom.

Dan huwa evidenti ħafna bħalissa fil-blokk ta’ pajjiżi magħrufa bħala l-Balkani tal-Punent, u fit-Turkija, li huma kważi kollha pajjiżi kandidati għas-sħubija. Hemm pajjiżi oħra li għalkemm s’issa ma hemm l-ebda diskors dwar sħubija, xorta qegħdin jagħmlu dak kollu possibbli biex b’mod jew ieħor, permezz ta’ skemi differenti ta’ kooperazzjoni f’oqsma differenti, joqorbu kemm jistgħu lejn l-UE. Fost dawn insibu l-Georġia, l-Ukrajna, il-Moldova, u l-Ażerbajġan. Pajjiżi oħra bħal San Marino, il-Monaco, u l-Andorra qegħdin f’negozjati biex jistrutturaw aħjar ir-relazzjoni tagħhom mal-UE.

Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-fenomenu populista li qiegħed ixewwex biex il-pajjiżi jitilqu mill-UE, kif ġara fl-Ingilterra, u kif qiegħed jiġi mxerred il-ħsieb li jsir fi Franza, fl-Olanda, u fl-Italja.

L-UE bħalissa għaddejja minn għadd ta’ kriżijiet interni, fosthom dik ta’ identità, l-aktar dwar l-istruttura futura li trid tħaddan, dwar x’tip ta’ ħajja trid toffri liċ-ċittadini tagħha, dwar ir-relazzjonijiet li trid li jiżviluppaw bejn l-istess stati membri, u fuq kollox dwar x’inhija l-viżjoni aħħarija ta’ din l-Unjoni.

Dan se jkun parti mill-messaġġ li jrid joħrog mid-dikjarazzjoni li se ssir f’Ruma fl-okkazjoni taċ-ċelabrazzjoni tas-60 anniversarju mit-twaqqif tal-UE fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa.

Kemm jagħmel sens nitkellmu fuq tkabbir meta għandna min irid joħroġ?

Ma’ dak li għedt qabel, inżid biss li kull pajjiż għandu l-aspirazzjonijiet u s-sovranità tiegħu, u ma nistgħux nikkritikaw jew ma nirrispettawx deċiżjoni sovrana meħuda minn poplu li jkun wera x-xewqa tiegħu b’mod ċar b’mezzi demokratiċi, u wara li jkun għarbel sewwa l-għażliet li jkunu tpoġġew quddiemu.

Naf naqblu, u naf ma naqblux ma’ deċizjonijiet bħal dawn, imma ma nistgħux ma nirrispettawhomx. Hekk tiddettalna d-demokrazija.

Dwar it-Turkija, m’ilux kien hawn il-Prim Ministru Tork. Kemm hi importanti relazzjoni mill-qrib mat-Turkija? Se niftħu ambaxxata hemmhekk ukoll?

It-Turkija mhijiex pajjiż kwalunke imma pajjiż ta’ madwar 80 miljun ruħ, membru tan-NATO, b’waħda mill-akbar armati fi ħdan din l-organizzazzjoni, u pajjiż b’pożizzjoni strateġika bejn l-Ewropa u l-Asja. Minbarra dan, huwa pajjiż li ilu jgawdi minn relazzjonijiet kummerċjali kbar mal-UE, u pajjiż li ilu snin twal li applika biex isir membru tal-UE u li ġie mwiegħed sħubija jekk u meta jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji kollha meħtieġa. Huwa fatt li sal-lum għad m’hemmx qbil unanimu li dan il-pajjiż isir membru sħiħ tal-UE.

Fil-passat kien hemm l-oġġezzjoni ta’ Franza u Ċipru. Ilum hemm pajjiżi oħra li wkoll ma jaqblux li t-Turkija ssir membru. Dan it-tkaxkir tas-saqajn qiegħed jirrita ħafna lill-mexxej Tork Erdogan.

Aktar u aktar wara li biex titwaqqaf il-mewġa ta’ immigranti li kienet ġejja mis-Sirja, l-UE għamlet ftehim mat-Turkija li jekk tikkopera biex jitwaqqaf dan l-eżodu ta’ immigranti, l-UE kienet qiegħda twiegħed li terġa’ tagħti ħajja ġdida lin-negozjati dwar is-sħubija, u tħaffef il-proċess li jneħħi l-bżonn ta’ viża għaċ-ċittadini Torok biex iżuru l-UE, minbarra l-ammont ta’ flus li ġie mwiegħed.

It-Turkija għamlet il-parti tagħha u l-fluss ta’ immigranti twaqqaf. Sadanittant l-UE kompliet tkaxkar saqajha biex twettaq dak li wiegħdet, u dan flimkien mal-katakliżma li ġab miegħu l-attentat ta’ kolp ta’ stat f’Lulju tas-sena l-oħra, ħoloq sitwazzjoni taħraq ħafna, li fiha l-President Tork jidher qiegħed isir aktar akkanit li jikseb vot popolari, ix-xahar id-dieħel, li jagħtih il-poter li jkollu aktar poteri eżekuttivi bħala President. Fuq kollox hemm ukoll fit-Turkija tensjoni qawwija minħabba l-biża’ ta’ attakki terroristiċi, li seħħew mhux darba u tnejn.

Minkejja dan ix-xenarju, anżi anke minħabba f’hekk, nemmnu li t-Turkija hija pajjiż importanti ħafna, u li m’għandniex naqtgħu l-komunikazzjoni magħha għal xejn b’xejn. Nemmnu li jekk nabbandunaw lil dan il-pajjiż, iċ-ċans huwa li dan jispiċċa fi ħdan ir-Russja. It-Torok minkejja kollox, għadhom iridu jissieħbu fl-UE, imma mhux lesti jistennew għall-eternità.

Ir-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ dan il-pajjiż hija tajba ħafna. Għandna Konsolat f’Istanbul, u reċentement akkwistajna post fejn se niftħu ambaxxata fil-kapitali Ankara.

Il-Gvern Malti kif se jissalvagwardja d-drittijiet ta’ ċittadini Maltin fl-UE wara Brexit?

In-negozjati dwar Brexit jibdew immedjatament wara li r-Renju Unit jiddepożita t-talba biex iħalli l-UE skont kif jipprovdi l-Artiklu 50 tat-Trattat tal-Unjoni.

Hemmhekk jibda l-proċess biex jinħallu r-rabtiet li jeżistu, biex wara tissawwar rabta ġdida ta’ forma differenti bejn ir-Renju Unit u l-UE. X’talbiet, u x’forma ta’ relazzjoni ġdida se tirriżulta minn dan il-proċess għadu mhux magħruf, u joħroġ biss wara negozjati mhux faċli li mistennija jsiru. Bla dubju ta’ xejn, il-mod kif ftehim li jista’ jintlaħaq fil-futur jolqot l-istatus ta’ ċittadini Ewropej li huma residenti u jgħixu fir-Renju Unit, u dawk mir-Renju Unit li jgħixu f’pajjiżi Ewropej wieħed għad irid jara.

Aħna għandna interess partikolari f’dan il-qasam, u diġà saru laqgħat li fihom intlaħaq qbil dwar l-importanza ta’ dan fl-interess kemm taċ-ċittadini Maltin kif ukoll ta’ dawk mir-Renju Unit residenti f’pajjiżna, u l-bżonn li fuq bażi bilaterali, barra mill-proċess tal-Brexit, insibu mezz kif ma nħarbtux lil dawn ir-residenti mir-rutina tal-ħajja li adottaw f’pajjiż barrani, u li nassiguraw li ma jitilfu xejn mid-drittijiet li jgawdu sal-lum. Dan sal-lum għadu biss intendiment, imma ninsabu determinati li dan il-ftehim naslu għalih ġaladarba hemm rieda tajba miż-żewġ naħat.

Kien hemm ħafna diskors dwar l-elezzjoni tal-President Trump. Kif tanalizza l-ewwel xahrejn tiegħu?

Trump huwa President Amerikan xi ftit kontroversjali; fil-mod kif iġib ruħu, fil-mod kif iwassal il-messaġġi tiegħu, fl-attitudni li jieħu man-nies tal-midja, man-nies tas-servizzi sigrieti, fid-dikjarazzjonijet kontroversjali li jagħmel dwar il-politika barranija, fl-aġir tiegħu personali fil-laqgħat li jkollu ma’ kapijiet ta’ stati oħra, u anke fl-akkużi li jagħmel dwar spjunaġġ fuqu, dwar l-hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ meta dawn ma jaqblux għal widnejh.

Dan huwa Donald Trump li l-poplu Amerikan għażel bħala President tiegħu.

Dan huwa l-istess Donald Trump li rajna fil-meetings qabel ġie elett, u li wieħed ittama li jitbiddel u jimmatura meta jidħol wara l-iskrivanija fl-Oval Office fil-White House.

Sfortunatament ftit li xejn tbiddel, imma biddel, jew irranġa xi ftit, xi wħud minn dawk il-wegħdiet goffi u xokkanti li għamel qabel l-elezzjoni. Mhux se jitfa’ lil Hilary Clinton il-ħabs, imma xorta se jżarma l-Obamacare. Xorta determinat li jibni l-ħajt bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Ma nafux x’se jagħmel dwar il-kunflitt Iżraeli-Palestinjan. Dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja u maċ-Ċina għad irridu naraw.

Jien għadni nittama li maż-żmien il-politika tiegħu ssir aktar stabbli u prevedibbli. Għandi tama fin-nies li jagħżel, bħas-Secretary of State Tillerson, li jgħinuh jaddotta stil ta’ politika aktar stabbli u anqas kontroversjali.

Ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Istati Uniti jibqgħu b’saħħithom?

Sadanittant ir-relazzjonijiet ta’ pajjiżna mal-Istati Uniti, jibqgħu sodi u b’saħħithom. Relazzjonijiet ta’ rispett reċiproku, mibnija fuq il-preżenza ta’ dijaspora Maltija b’saħħitha fl-Istati Uniti, l-qsim ta’ ideat komuni dwar demokrazija, drittijiet fundamentali, u ħarsien tar-rule of law, kif ukoll interessi komuni dwar difiża taċ-ċittadini tagħna mit-terroriżmu, u dwar il-bżonn ta’ kooperazzjoni fil-ġbir u tqassim bejnietna ta’ informazzjoni dwar kriminalità organizzata, tixrid ta’ armi, ħasil ta’ flus, u terroriżmu.

Dawn huma r-rabtiet li jżommuna flimkien: rabtiet li jmorru aktar fil-fond u ’l bogħod mill-figura u l-persuna tal-President innifsu.

Fl-aħħar nett hemm pjanijiet li nwessgħu l-ħidma diplomatika Maltija fid-dinja. Lil hinn mill-Ewropa, hemm ħsieb t’aktar ambaxxati madwar id-dinja?

Pjanijiet għandna ħafna. Xewqat għandna aktar. Imma sfortunatament dak li jikkontrolla kollox huma r-riżorsi: kemm dawk finanzjarji kif ukoll dawk umani.

Il-ħidma diplomatika għandna ħafna mezzi kif inkabbruha. Minbarra l-ambaxxati nagħmlu użu kbir mill-Konsli Onorarji li għandna mxerrdin madwar id-dinja, kif ukoll minn ammont mhux ħażin ta’ Ambaxxaturi non resident, li jagħmlu xogħolom minn Malta.

Bħala ambaxxati ġodda se niftħu f’Ankara fit-Turkija, u f’Abu Dhabi fl-Emirati Magħquda. Jekk jinstabu l-mezzi, ix-xewqa tiegħi hija li anke niftaħ f’Addis Ababa fl-Etopja, u f’Ottawa, il-Kanada.

TAGS George VellaPresidenzaUnjoni Ewropea
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Il-Papa l-Ġdid Iljun XIV b’diskors ta’ paċi, għaqda u mħabba

    8 ta' Mejju 2025
  • Il-Kardinal Amerikan Robert Francis Prevost hu l-Papa l-ġdid – Papa Iljun XIV

    8 ta' Mejju 2025
  • Il-Gwardji Żvizzeri joħorġu fi Pjazza San Pietru

    8 ta' Mejju 2025
  • It-tradizzjoni li Papa ġdid jagħżel l-isem li se jadotta … tradizzjoni sinifikanti li tmur lura eluf ta’ snin

    8 ta' Mejju 2025
  • It-tielet Papa konsekuttiv li ġie elett fit-tieni jum tal-konklavi

    8 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept