F’ruling fil-Parlament it-Tlieta waranofsinhar, l-Ispeaker Anġlu Farrugia kkonferma li, fl-ebda mument, ma ntqalet il-kelma “frodi” fir-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu, Joseph Azzopardi.
Dan b’rabta mar-rapport mal-ingaġġ mal-Ministeru għal Għawdex ta’ dik li llum hi mart l-eks Ministru Clayton Bartolo.
Fl-aħħar jiem u ġimgħat, il-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu Bernard Grech implikaw kemm-il darba minn jeddhom il-kelma “frodi” waqt li attribwewha lil dan l-istess rapport.
Minkejja dan, fir-ruling tiegħu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia nnota li dan kien biss “political bickering” minn Grech u l-Partit Nazzjonalista. Ikkonkluda li dan ma jikkostitwix għal ksur ta’ privileġġ, skont ir-regoli tal-Kamra.