Iħares kontinwament lejn il-mobile biex jipprova jibni argument, il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex Alex Borg xorta ġab ħżiena l-aktar fatti bażiċi.
Saħansitra fil-programm XTRA qal li l-Gvern ma ġabx fondi Ewropej għal Għawdex.
Alex Borg – “Rigward EU funds, Għawdex kellna l-proġett taċ-Ċitadella, li kien oriġinarjament proġett tal-Partit Nazzjonalista.
Clint Camilleri: “M’għamiltu xejn u kien il-Ministru Anton Refalo dak iż-żmien, li lestih. M’għamiltu xejn.”
Alex Borg – “Dan kien proġett li fortunatament kien mniedi minn ERDF funds. Illum il-Ministru għal Għawdex neħħewlu u m’għandux ERDF funds.”
Il-Ministru Camilleri minnufih qallu li din hi gidba mill-bidu sal-aħħar. Jirriżulta li, mill-fond li skont Borg Għawdex m’għandu xejn, hemm iddedikati miljuni ta’ ewro. Fosthom €58 miljun taħt dak imsejjaħ bħala Sustainable Urban Development Fund.
Filwaqt li, mill-fondi tal-European Regional Development Fund, Għawdex ukoll għandu 10% oħra.
Clint Camilleri – “Għall-ewwel darba għandna sittin miljun ewro għal urban regeneration fund, qabel kien allokat għall-Belt Valletta llum allokati, ring fenced, għall-gżira ta’ Għawdex.”
U fejn ma żbaljax jew attakka lill-Gvern, il-Kelliem għal Għawdex qal li m’għandux opinjoni. Bħal meta mistoqsi dwar il-konnettività permanenti bejn iż-żewġ gżejjer.
Alex Borg – “Jien ma nistax nagħti l-opinjoni.”
Il-programm fuq ix-xandir nazzjonali ddiskuta għal ħafna mill-ħin tiegħu l-istrateġija u l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex. Viżjoni li ntlaqgħet b’mod pożittiv b’mod mifrux mill-imsieħba soċjali kollha.
Il-Ministru Camilleri spjega kif din kienet strateġija mibnija fuq il-konsultazzjoni.
“Illum sforz ukoll il-progress li sar tul l-aħħar snin fejn Għawdex illum sar magna ekonomika, l-Għawdxin qed iħarsu lejn Għawdex b’mod differenti, it-targets tagħhom huma differenti. Għalhekk it-temi ewlenin li jiġbru l-istrateġija huma rigward l-użu sostenibbli ta’ Għawdex, rigward il-bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku, li hemm bżonn jibqa’ jseħħ, kif ukoll il-kwalità tal-ħajja u, fl-aħħar mill-aħħar, ukoll l-identità u l-valur tal-identità Għawdxija.”
U dan jibni fuq deċiżjonijiet oħrajn li qed jittieħdu, fosthom il-bidla fil-pjani lokali biex ikun protett Ħondoq ir-Rummien, wara li l-Partit Nazzjonalista ried jakkomoda lill-iżvilupatturi meta bexaq il-bieb għall-iżvilupp.
Clint Camilleri – “Il-Gvern Laburista kien dejjem konsistenti. Ħaddieħor li kieku baqa’ fil-Gvern kien jagħtih il-permess biex jibni, fl-Oppożizzjoni riedet tagħtih €17 il-miljun biex ma jibnix. Dan il-Gvern mhux talli ma tax il-permessi, imma talli qed jikkoreġi l-ħniżrija li saret fl-2006 biex il-Pjan Lokali ma jibqax jippermetti żvilupp, iżda jkun kollu designated għall-afforestation u dik hi l-kredibbiltà, Saviour. Ma’ Gvern Laburista taf fejn int, dak li nwegħdu nwettquh.”