Rosie, ferħ ta’ qattus, u Lilo, kelba tar-razza Husky, huma differenti ferm iżda d-differenza ta’ bejniethom ma twaqqafhomx milli jkunu l-akbar ħbieb.
Huma ltaqgħu meta Rosie kellha biss tliet ġimgħat, dan wara li sid Lilo addotta lil Rosie għax kienet ma tiflaħx. Filwaqt li għall-ewwel kien hemm il-biża’ li Lilo ma taċċettax membru ieħor fil-familja, dan ma kienx il-każ.
“Tant kienet ma tiflaħx li fl-ewwel lejl ħsibna li se tmut. Minn hemm iddeċidejna biex tħossha maħbuba u qisha m’ommha ħallejna lil Lilo tpoġġi ħdejha. Kien miraklu għax Lilo trattatha daqs li kieku kienet il-ferħ tagħha u minn dakinhar ‘l hawn ma telqux lil xulxin,” sostniet sidt Rosie u Lilo.