Il-kelb tad-Dwana Charlie xammem €22,590 fi flus mhux iddikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Dan meta żewġ Marokkini li kienu ser jitilqu minn Malta għat-Turkija u l-Marokk instabu bi flus kontanti fuqhom.
Il-passiġġier li kien fi triqtu lejn it-Turkija nstab bi €11,690 u l-ieħor b’ total ta’ €10,900.
F’każ ieħor żewġ Maltin li kienu fi triqithom lejn Sqallija twaqqfu waqt tfittxijiet ta’ rutina bi €11,145 kull wieħed fil-pussess tagħhom, b’din il-qabda tammonta għal €22,290.
L-erba’ passiġiera qablu li jidħlu fi ftehim barra l-Qorti u b’hekk ġew mmultati.