Kmieni dalgħodu, ix-xamma tal-kelb Peter mit-Taqsima tal-Canine fi ħdan id-Dwana, wasslet biex jinqabdu €11,435 fi flus kontanti li ma kinux iddikjarati, fuq passiġġier Malti, li kien sejjer lejn Sqallija.
Meta kien mistoqsi, mill-Uffiċjali ta’ Kontra l-Ħasil ta’ Flus fi ħdan id-Dwana, jekk xtaqx jiddikjara xi affarijiet, il-passiġġier wieġeb fin-negattiv. Minn tfittxijiet li saru nstabu €10,000 mill-bagalja u €1,450 oħra fil-kartiera tiegħu.
Fi stqarrija d-Dwana qalet li l-passiġġier kien immultat fuq il-post u tħalla jivvjaġġa.