Cash, kelb tal-Pulizija, irnexxielu jxomm u jsib aktar minn €280,000 moħbija fuq ferrovija fil-Lussemburgu.
Dan tħabbar mill-Gvern tal-Lussemburgu fejn qalu li s-sejba saret minn kelb li jaħdem flimkien mal-iskwadra tal-Pulizija ta’ kontra d-droga waqt rejd li sar l-ġimgħa l-oħra.
L-ewwel mexxa lill-Pulizija fuq raġel li kien qed iġorr €50,000, u ftit wara mmarka bagalja li fiha nstab li kien hemm ‘l fuq minn €236,000.
Il-flus ġew ikkonfiskati u żewġ t’irġiel ġew arrestati b’rabta ma’ dan il-każ.