“Il-kelb kien l-unika ħabib li kelli, miet hu u issa jien imiss.”
Hekk stqarr b’qalb maqsuma anzjan ta’ 78 sena, fejn qal li ftit tal-jiem ilu miet il-kelb tiegħu li kien ilu għandu għal diversi snin.
L-anzjan qal li qatt ma kellu mara, tfal jew ħbieb u issa li mietlu l-kelb spiċċa litteralment waħdu, u li ma jafx x’ser jaqbad jagħmel b’ħajtu.
Ix-xwejjaħ qal li ta’ kull filgħodu kien jieħdu passiġġata barra u li wara kien jieħdu miegħu l-pjazza tar-raħal fejn “konna noqgħodu fuq il-bank insegwu xi jkun jiġri.”
“Meta kont inkun b’ħafna dwejjaq kont dejjem indur fuqu u niftaħ qalbi miegħu u hu kien iħares lejja bħal donnu qed jifhmni u jrid jgħidli li qed jismani” temm jgħid l-anzjan.