“Kien il-kelb li l-Ħadd filgħaxija allarmana bin-nebħ tiegħu li wara l-bieb tad-dar fil-Qawra kien hemm ħalliel qed jipprova jidħol ġewwa.”
Qalet dan mara fuq post fuq Facebook, fejn tenniet kif għall-ħabta tal-ħdax ta’ bil-lejl il-kelb tagħhom beda jinbaħ hekk sema’ lill-allegat ħalliel jipprova jidħol ġewwa.
Kien hawn li sid id-dar ċemplet lill-pulizija tal-Qawra, iżda xħin il-ħalliel semgħahom jitkellmu ħarab minn fuq il-post. Hija qalet li r-raġel ħarab lejn il-knisja tal-Qawra.
Il-mara rringrazzjat lill-Pulizija għall-azzjoni immedjata tagħhom.