Ilbieraħ il-kelb Charlie, wieħed mill-klieb li jifforma parti mis-sezzjoni tal-K9, induna li passiġġier Malti-Sirjan kien qed iġorr fuqu mat-€28,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati.
Dan seħħ waqt tfittxija fuq il-passiġġieri fuq titjira lejn Istanbul, it-Turkija.
Mit-tfittxija, li saret anke mill-uffiċjali tad-Dwana, irriżulta li l-Malti-Sirjan kellu fuqu ammont ta’ flus kontanti li jgħoddu għal €28,216.
Din kienet ħidma konġunta oħra mit-tim tad-Dwana ta’ kontra l-Ħasil tal-Flus u l-K9.
Skont il-liġi passiġġiera li jkunu se jivvjaġġaw minn u lejn Malta ma jistgħux iġorru aktar minn €10,000 fi flus kontanti li ma jkunux iddikjarati.
Dan huwa applikabbli wkoll għall-pajjiżi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropeja.