Meta llejla tkellem dwar Hermann Schiavone, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia prova jagħti l-impressjoni li Schiavone ssospenda lilu nnifsu anke jekk m’għamel xejn ħażin.
Fi stqarrija l-Partit Labrurista kompla jgħid li b’dan il-kejl allura Adrian Delia messu ilu li ssospenda lilu nnifsu. Dan għax l-akkużi li għandu hu fil-konfront tiegħu huma mill-iktar serji u jinkludu wkoll ħasil ta’ flus.
Bl-argumentazzjoni tiegħu llejla Delia kkonferma li ta’ Schiavone hi biss riżenja finta biex taħbi l-qasma interna fil-Partit Nazzjonalista ġimgħat qabel elezzjoni.