Il-Kummissjoni Ewropea waqqfet erba’ proċeduri li kienet fetħet kontra Malta dwar direttivi u liġijiet Ewropej li dak iż-żmien ma kinux għadhom ġew fis-seħħ. Dawn jinkludu fost l-oħrajn direttivi dwar il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Issa l-Kummissjoni kkonfermat li l-Gvern issodisfa l-obbligi tiegħu f’dan ir-rigward.
Żied jingħad li l-Kummissjoni ddeċidiet li tirtita dawn il-proċeduri u oħrajn wara li Malta issodisfat it-talbiet tal-Kummissjoni li jinvolvu proċeduri komuni Ewropej dwar l-għoti u l-irtrar tal-protezzjoni internazzjonali.
Fi stqarrija, il-Ministru tal-Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis, qal li l-għeluq ta’ dawn il-proċeduri kontra Malta jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern li jimplimenta b’mod sħiħ il-liġijiet Ewropej billi jagħmel ir-riformi fejn meħtieġ. Dawn il-proċeduri ingħalqu mingħajr il-bżonn ta’ xi azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea kontra Malta.