Għal sitt xhur sħaħ il-Kummissjoni Ewropea ser tkun qed tneħħi d-dazju u l-VAT fuq l-apparat kollu li qed jinġieb minn pajjiżi barra l-Ewropea u li qed jintuża fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.
Fost dawn insibu l-ventilaturi, l-ilbies protettiv, l-apparat mediku u l-apparat ta’ ttestjar.
Din id-deċiżjoni ttieħdet sabiex tgħin lill-Membri Stati kollha, fosthom Malta, li huma affetwati mill-pandemija tal-Coronavirus.
Intant, għal din id-deċiżjoni l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von Der Leyen qalet fid-dawl li l-Isptarijiet, it-tobba u l-infermiera għandhom bżonn dawn l-oġġetti anke biex jipproteġu lilhom infushom min xi kontaminazzjoni.
Hija saħqet li dan l-apparat huwa ferm għoli u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea aċċettat din it-talba li tissosspendi d-dazji.