Il-manifatturi se jkunu issa obligati sabiex joħolqu charger komuni għall-aġġeġġi kollha.
Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea ser tkun qed tressaq il-quddiem din il-liġi ġdida.
L-għan aħħari ta’ dan kollu huwa sabiex jitnaqqas l-iskart u anke sabiex l-konsumatur jerġa’ jagħmel użu minn dawn iċ-chargers meta jixtri apparat elettroniku ġdid.
Fost l-oħrajn kull mowbajl li jinbigħ f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jrid ikollu dan iċ-charger komuni.
B’reazzjoni għal dan il-kumpanija Apple qalet li din il-liġi se tkun qed isservi ta’ detriment għall-innovazzjoni.