Il-Kummissjoni Ewropea approvat skema Maltija ta’ ħdax-il miljun u nofs ewro biex tiġi ffinanzjata l-produzzjoni ta’ prodotti marbuta mal-imxija tal-Coronavirus fosthom il-vaċċin, ventilaturi u anki ilbies protettiv.
Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager fissret l-iskema Maltija bħala waħda kruċjali li se tkompli tindirizza l-imxija tal-COVID-19.
Il-Kummissjoni qalet li l-iskema Maltija hija konformi ma’ qafas Ewropew u hija meħtieġa biex tkompli tiġġieled l-virus.
L-iskema hija miftuħa għall-kumpaniji li jkunu jridu jimmanifatturaw prodotti u apparat mediku biex jintuża fiż-żmien tal-imxija.