Il-Kummissjoni Ewropea approvat l-iskema t’għajnuna tal-Gvern Malti li tlaħħaq it-€800,000 u li hija intiża tgħin lis-sajjieda minħabba l-effetti negattivi tal-pandemija.
Din l-iskema ġiet approvata taħt il-qafas temporanju ta’ għajnuna lill-istat.
Taħt din l-iskema, l-għajnuna li se tingħata lil kull benefiċċjarju u se tiġi kkalkultata billi jiġu mmultiplikati l-ammont ta’ ħut f’kilogrammi li nqabdu fl-2020 b’disa’ u tmenin ċenteżmu.
Din l-għajnuna tista’ tlaħħaq massimu ta’ €5,000 għal kull sid ta’ dgħajsa.
B’hekk din il-miżura se jiġi indirizzat n-nuqqas ta’ dħul tas-sajjieda minħabba l-miżuri restrittivi b’rabta mal-pandemija.
Permezz tagħha issa wkoll se tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ likwidità għas-sidien tad-dgħajjes biex b’hekk ikomplu bl-attività tagħhom.
Il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet li l-miżura hija neċessarja u f’postha filwaqt li hija proporzjonali mal-bżonn li l-ekonomija ta’ stat membru tirritorna għan-normal.