Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet numru ta’ bidliet fir-regolamenti għal aktar flessibilità fl-użu tal-fondi tal-Unjoni Ewropea minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Fost il-bidliet li ġew diskussi hemm dik dwar l-għajnuna finanzjarja li biha l-istati membri ikunu jistgħu jintroduċu miżuri biex tingħata assistenza lil diversi oqsma tal-ekonomija fosthom l-industrija ta’ negozji żgħar u medji u s-self-employed.
Dawn il-proposti ġew diskussi waqt laqgħa informali permezz ta’ video conference organizzata mil-presidenza tal-Unjoni Ewropeja li bħalissa hija immexxija mill-Kroazja.
Il-Ministri responsabbli mill-politika ta’ Koeżjoni tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kellhom l-opportunita jiddiskutu l-impatt li se jħallu dawn il-bidliet fuq l-istati membri biex tiġi miġġielda l-imxija tal-Coronavirus.
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi pparteċipa f’ din id-diskussjoni u spjega li waħda mill-miżuri diskussi hija maħsuba biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw fondi tal-Unjoni Ewropea li diġà ngħataw, għal skop differenti sabiex jinvestu aktar fis-setturi tas-saħħa u setturi ekonomiċi tal-pajjiżi rispettivi.
Huwa spjega: “Diskussjoni li rridu nkomplu nimxu il-quddiem ħalli naraw liema responses irridu nagħtu fiż-żmien li ġej għal din il-kriżi biex inkunu nistaw naħdmu aktar flimkien u kul pajjiż ikun jista jieħu il-miżuri meħtieġa.”