L-Intelliġenza artifiċjali se twassal sabiex ikun hawn aktar trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ finanzi u awditjar. Dan għal fatt għax dawk l-imħuħ robottiċi għandhom il-potenzjal li jkunu aktar koretti u eżatti mill-moħħ uman meta jiġu biex jivverifikaw. Apparti minn hekk permezz tal-intelliġenza artifiċjali wieħed jista’ jagħmel kwantit akatar ta’ xogħol f’inqas ħin, b’dan kollhu jissejjaħ effiċjenza.
Stqarr dan Spyidon Pilos membru fi ħdan il-Qorti Ewropeja tal-Awdituri u li fl-aħħar xhur kien qed jaħdem fuq bosta sistemi, hekk kif il-Kummissjoni Ewropeja stess qed tinvesti miljuni kbar ta’ ewro fil-Block Chain u l-Intelliġenza Artifiċjali.
Huwa qal : “to identify very quickly and try to identify fraud, on the other hand you have the block chain that registers evidence like invoices etc so that if somebody tries to fraud it it will be tracked easily”
Min-naħa tiegħu l-membru Malti fi ħdan il-Qorti Ewropeja tal-Awdituri Leo Brincat qal l-istituzzjoni li hu ġej minnha l-Qorti tal-Awdituri qed tħejji sabiex l-Unjoni taddotta dawn it-tekonoloġiji fl-operat tagħha. Teknoloġiji li tista’ tgħid se jkunu twieldu propju f’pajjiżna.
Qal kif “il-blockchain jista’ jiġi utilizat bħala mezz kif jikkontrolla u jisorvelja aħjar in-nefqa fi ħdan il-membri u l-istituzzjonijiet Ewropew.”
Iż-żewġ membri tal-Qorti Ewropeja tal-awdituri kienu qed jieħdu sehem f’seminar konġunt organizzat mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Verifika u mill-Qorti Ewropeja tal-awdituri bit-tema ‘Public Audit in the Digital Age’.