In-numru ta’ persuni nfettati bil-coronavirus f’160 pajjiż madwar id-dinja tela’ għal aktar minn tliet 300,000, bi kważi 100,000 minnhom fiequ.
Il-virus qatel 13,000 persuna. Fl-Italja biss l-għadd ta’ każijiet fatali laħaq kważi 5,000. Matul il-jum, l-Italja kompliet iżżid ir-restrizzjonijiet fl-aktar reġjun milquta, il-Lombardija, wara ġimagħtejn ta’ lockdown.
L-awtoritajiet Taljani għalqu l-ispazji miftuħa għall-pubbliku u qed jipprojbixxu li jsir eżerċizzju fiżiku barra, bħall-mixi u ġiri, sakemm mhux ħdejn id-dar tal-persuni.
Is-sitwazzjoni kompliet tippersisti fi Spanja wkoll, li rreġistrat kważi 400 każ ta’ mewt minħabba l-Coronavirus f’ġurnata waħda.
Intant il-Brittaniċi ġew imwissija li t-tixrid tal-virus qed jimxi b’mod allarmanti u għandhom jevitaw kull tip ta’ kuntatt.
Aktar minn biljun persuna fl-Indja qed josservaw kundizzjonijiet ta’ ħinijiet li fihom jistgħu joħorġu minn djarhom filwaqt li l-akbar bliet Awstraljani, Sydney u Melbourne, ġew ordnati biex jgħalqu l-ħwienet tax-xorb, ċinemas, ristoranti, stabbilimenti tad-divertiment u postijiet ta’ talb reliġjuż.