Paul Whelan, l-Amerikan li ġie akkużat bi spjunaġġ fir-Russja se jidher l-Qorti llum.
Whelan, li għandu 48 sena, ġie arrestat f’ Diċembru fuq suspett li kien wettaq spjunaġġ fuq ir-Russja. Il-familja tiegħu qalet li kien ir-Russja fuq btala.
Huh stqarr li Whelan wasal ir-Russja f’Diċembru u attenda tieġ ta’ ħabib tiegħu.
Minħabba li ma marx ir-riċeviment, il-miżżewġin friski għamlu rapport mal-awtoritajiet Russi minħabba li kien ġie nieqes.
Il-familja tiegħu ma aċċettatx l-akkuża li hu kien spija.
Min-mindu ġie arrestat, Whelan baqa’ miżmum mingħajr bail fil-ħabs ta’ Lefortovo f’Moska.
Vladimir Zherebenkov, l-avukat ta’ Whelan fir-Russja, għamel appell kontra d-detenzjoni tal-klijent tiegħu.
Dan il-każ se jsir fil-Qorti ta’ Moska. Jekk l-akkużat jinstab ħati, Whelan ikun qed jaffaċċja sa 20 sena ħabs.