Jekk sejjer iċ-Ċina, issemmix lil Winnie The Pooh. Li hu żgur hu li fuq social media ma tistax issibu. L-awtoritajiet Ċiniżi ddeċidew li jisparixxu kull traċċa ta’ Winnie, tant li jekk tfittxu fuq is-sistema Ċiniża tal-internet, jitilgħu bissa il-kliem: ‘Dan il-kontenut huwa illegali’. Is-sistema ta’ social messaging WeChat saħansitra ħassret kull ‘gif’ relatata mal-ors isfar.Ma ingħatat ebda spjegazzjoni għal dan l-għibien, iżda Winnie the Pooh għadu kemm ġie mqabbel mal-President Xi Jinping. X’ħin tara r-ritratt tinduna għaliex.
Chinese Internet users FTW. #APEC2014 pic.twitter.com/6wFDvhlaNv
— Josh Chin 李肇华 (@joshchin) November 10, 2014