Gwerra fuq id-demokrazija Amerikana.
Hekk qed jiddeskrivi l-każ li bħalissa għaddej fil-konfront tiegħu il-President Amerikan Donald Trump f’ittra li bagħat lid-Demokratika Nancy Pelosi jiem wara li d-Demokratiċi Amerikani ppreżentaw akkużi formali kontra l-President Amerikan li żamm milli jgħin lill-Gvern Ukren sakemm dan ma jinvestigax lill-avversarju politiku tiegħu Joe Biden.
Is-Senat Amerikan mistenni jivvota dwar dawn l-akkużi aktar tard illum. Vot favurihom ikun ifisser li l-President ikun soġġett għal kawża l-Qorti.