Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun għadha kemm ingħalqet il-votazzjoni għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista.
Għal din l-elezzjoni kienu 756 delegat eliġibbli biex jivvutaw. Id-Delegati tal-Partit Laburista llum vvotaw għat-tieni darba, din id-darba kellhom jagħżlu bejn il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.
Dan wara li lbieraħ ebda kandidat ma kiseb il-50% u vot tal-voti mixħuta. Għalhekk, komplew fit-tellieq għal Deputat Mexxej l-aktar żewġ kandidati li kisbu voti.
Il-proċess tal-għadd tal-voti mistenni jibda dalwaqt fejn dan is-sit se jkun qed jaġġornakom bl-aħħar żviluppi b’rabta mar-riżultat.