Fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena l-Gvern irreġistra surplus ta’ kważi €38 miljun.
Din iċ-ċifra maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tiżboq sew dik tal-istess perjodu tas-sena l-oħra, meta l-Gvern għamel surplus ta’ ftit inqas minn €3 miljun.
Dan ifisser li fl-ewwel tliet kwarti ta’ din is-sena, fil-kaxxa ta’ Malta kien hemm €35 miljun aktar minn dak li kien hemm is-sena l-oħra.
Id-dħul rikurrenti tal-Gvern bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kien jgħodd il-ftit iktar minn €3,563 miljun.
Żieda ta’ €435 miljun jew kważi 14% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
L-NSO qal li kien hemm żieda mit-taxxa tad-dħul ta’ ftit aktar minn €156 miljun.
L-ispiża kapitali żdiedet ukoll bi kważi €88 miljun, bl-istatistika tal-NSO tgħid li fattur ewlieni għaż-żieda tan-nefqa kapitali ġejja riżultat tal-investiment qawwi fit-toroq u fl-infrastruttura tal-pajjiż.
In-nefqa totali żdiedet ukoll bi kważi 13% u laħqet kważi it-tlett elef ħames €3,5126 miljun.
L-akbar kontributuri għal din in-nefqa kienu programmi u inizjattivi li fuqhom intefqu kważi €200 miljun aktar.
Dan filwaqt li l-imgħaxijiet fuq id-dejn pubbliku niżlu bi kważi €11-il miljun u nofs fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena u dan illum jammonta għal ftit aktar minn €147 miljun.