Il-qniepen tal-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi qed jerġgħu jinstemgħu mill-ġdid.
Dan hekk kif madwar 1,500 mexxej dinji il-lejl li għadda, attendew għall-ftuħ mill-ġdid tal-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi.
Il-President Franċiż, Emmanuel Macron flimkien ma’ martu Brigitte Macron laqgħu bi ħġarhom lill-Prinċep William, Volodymyr Zelensky, Donald Trump u Elon Musk għal dan l-avveniment.
B’arkitettura li tmur lura 861 sena, li kienet ġarrbet ħsarat estensivi wara nirien kbar li ħakmuh lura fl-2019. Dawk li ssieltu qatigħ biex isalvaw in-Notre Dame ġew onorati waqt iċ-ċereminja għall-ħidma tagħhom, b’160 uffiċjal tat-tifi tan-nar imxew bħala parata waqt li ngħataw ċapċipa ta’ eroj.
Macron ħareġ it-tapit l-aħbar għall-President-elett tal-Istati Uniti, Donald Trump, skont rapporti tal-AP fejn qal kif huwa unur għall-Franċiżi hekk kif laqgħuh lura fi Franza wara ħames snin.
Il-President tal-Istati Uniti kurrenti, Joe Biden, ma attendiex hekk kif ingħad li kellu skeda li ħabtet mal-avveniment.
Minfloku attendiet martu Jill Biden u bintu Ashley.
Il-Prinċep William ivvjaġġa lejn Pariġi għaċ-ċerimonja, fejn ħa b’id Trump. Hu saħansitra ltaqa’ b’mod personali ma Trump wara l-avveniment fir-resdenza tal-ambaxxatur Brittaniku f’Pariġi.
Il-President tal-Ukrajna, Zelensky, attenda wkoll, fejn mmarka ż-żjara tiegħu liebes ġakketta u boots tal-kombat.