Kay Abad hija l-mara mill-Filippini li mietet traġikament nhar is-Sibt li għadda hekk kif tkaxkret mill-baħar f’Tas-Sliema.
Fuq il-midja soċjali, oħt Kay kitbet messaġġ li fih qalet li l-vittma, flimkien ma sħabha, kienu qed iħarsu lejn il-baħar f’Tas-Sliema.
Kay Abad kienet taħdem mal-linja tal-ajru privata Smartlynx u kienet Tas-Sliema flimkien ma’ kollegi, li huma lkoll membri tal-ekwipaġġ.
Oħt il-vittma rringrazzjat li dawk li wrew sogħba għat-telfa ta’ oħtha.
Hija rringrazzjat lill-Forzi Armati ta’ Malta, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u lit-tim mediku tal-Isptar Mater Dei għall-għajnuna immedjata li taw fuq il-post.
Oħt il-vittma irrigrazzjat ukoll lill-Konsulat tal-Filippini f’Malta, lill-Gvern Finlandiż (il-familja tagħha toqgħod il-Finlandja), lill-membri tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lill-kumpanija Smartlynx, li qed tikkoordina b’mod attiv mal-familja u tipprovdi l-appoġġ kollu li għandha bżonn sabiex il-kadavru tal-vittma jittieħed il-Finlandja.