Maġistrat f’Madrid ordna li jitneħħa l-katavru tal-artist Spanjol Salvador Dali sabiex jagħmlu testijiet tal-paternità.
Dan hekk kif mara Spanjola li twielder fl-1956 qalet li ommha, li kienet fattiga, kellha relazzjoni mal-artist fl-1955.
L-eżamizzjoni ġiet ordnata wara li l-Imħallef sostna li ma fadal xejn oġġetti personali tal-artist biex isir it-test tal-paternità, dan biex isiru jafu jekk Dali jiġix missier din il-mara.
L-artist miet fl-1989, fl-età ta’ 85 sena.
Hu ndifen fit-teatru u mużew li ddisinja hu stess.