Disgħin fil-mija tal-Katalani li vvutaw għażlu biex ir-reġjun jinqata’ mill-bqija ta’ Spanja u jkun rikonoxxut bħala stat indipendenti.
Dan wara li fost vjolenza kbira, ħarġu jivvutaw tnejn u erbgħin punt tlieta fil-mija.
Kienu kważi tmien mitt persuna li weġġgħu fost il-vjolenza li ddominat f’dan ir-referendum.
Il-mexxej ta’ Katalunja qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jibgħat ir-riżultat lill-Parlament tal-Katalunja biex jimxi mal-liġijiet tar-referendum u jiddikjara l-indipendenza.