Il-kartuna s-safra se tkun qed tiġi mġedda b’sitt xhur sabiex tiffaċilita lil dawk intitolati għall-mediċini b’xejn f’din is-sitwazzjoni tal-Coronavirus. L-ispiżjara se jkunu jistgħu jibqgħu jipprovdu l-mediċini fuq dokumenti li jkunu se jiskadu għal perjodu itwal ta’ sitt xhur. B’dan il-mod il-pazjent ma jkollux għalfejn imur għand il-konsulent tiegħu għall-firma. Din id-direzzjoni tgħodd ukoll għal dawk li jirċievu trattament li ma jkunx parti mill-formolarju tal-Gvern.
Madankollu applikazzjonijiet għal mediċini ġodda se jibqgħu jimxu mal-proċeduri eżistenti. L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq l-email hekk kif l-ebda karta stampata mhu qed tiġi aċċettata.