Il-Ministeru għas-Saħħa qed javża li l-estensjoni għall-vaildità ta’ Schedule V (il-kartuna s-safra) se tkun estiża b’sitt xhur oħra.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li dan qiegħed isir biex pazjenti li għandhom bżonn iġeddu l-kartuna s-safra ma jkollhomx bżonn jirrikorru għand it-tabib jew konsulent tagħhom għaliex ser tiġġedded għal sitt xhur oħra awtomatikament.
“Dan biex jonqos kemm jista’ jkun l-iskariġġ għall-persuni vulnerabbli waqt dan il-perijodu tal-pandemija”, saħaq il-Ministeru għas-Saħħa.
Applikazzjonijiet ġodda jew tibdil tat-trattament jistgħu jintbagħtu permezz ta’ email fuq: schedule.poyc@gov.mt.