Il-karti tal-flus u l-muniti tal-ewro se jkollhom dehra ġdida tliet snin oħra.
Il-Bank Ċentrali Ewropew se jkun qed jagħżel disinn ġdid sal-2024 hekk kif il-munita Ewro se tkun qed tagħlaq għoxrin sena, is-sena d-dieħla.
“Wara għoxrin sena hemm bżonn ta’ bidla”, sostniet il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde.
Il-Bank ibbażat fi Frankfurt se jkun qed jitlob liċ-ċittadini fil-pajjiżi fiż-Żona Ewro biex iressqu l-ħsibijiet tagħhom għad-disinn tal-karti tal-flus u l-muniti.
Espert minn kull pajjiż fiż-Żona Ewro, inkluż ta’ Malta, se jmur il-Bank Ċentrali Ewropew biex jgħaddi disinn wieħed minn pajjiż taż-Żona Ewropew biex finalment jintgħażel disinn wieħed.