Is-sena l-oħra kważi elf u erba’ mitt karta tal-flus falza ġew irtirati miċ-ċirkolazzjoni. Fi stqarrija, il-Bank Ċentrali qal li fit-tieni nofs tas-sena ġew irrappurtati lill-bank aktar minn ħames mitt karta tal-flus falza.
Il-proporzjon tal-karti foloz tal-ħamsin ewro naqas filwaqt li żdiedu l-karti foloz tal-għoxrin ewro. Il-Bank Ċentrali qal li meta jitqabbel mal-għadd ta’ karti tal-ewro ġenwini fiċ-ċirkolazzjoni, il-proporzjon ta’ karti tal-ewro foloz għadu insinjifikanti.