Dal-lejl il-karrijiet bdew telgħin lejn il-Belt għal Karnival ta’ din is-sena, li se jibda llum.
Din is-sena se jkun hemm programm kulturali alternattiv minħabba l-imxija però il-programm tal-Karnival ta’ Malta se jkun qed iżomm it-tradizzjoni u l-espressjoni artistika ħajja.
Din is-sena l-Karnival se jkun qed isir darbtejn, hekk kif barra l-Karnival ta’ Frar, li se jsir b’mod ridott, għal din is-sena biss se jkun qed isir Karnival kif nafuh b’mod normali, bħal qabel il-pandemija, bejn l-20 u 22 ta’ Mejju li ġej.