- Il-sidien taż-żewġ vetturi jgħixu ftit ‘l isfel
Dan il-lejl ingħatat jew ħadet in-nar vettura li kienet ipparkjata quddiem il-bieb tal-blokka ta’ appartamenti li fiha joqgħod il-Ministru Owen Bonnici fi Strada Zekka, il-Belt Valletta.
Jidher li bir-riħ, infirex in-nar fuq vettura oħra.
Ebda waħda miż-żewġ vetturi m’hi proprjetà tal-Ministru Bonnici. Is-sidien taż-żewġ vetturi joqogħdu fl-istess triq li fiha joqgħod il-Ministru Bonnici.