BirdLife Malta ikkundannat u esprimiet solidarjetà mal-Kap Eżekuttiv tagħha wara li dalgħodu, Mark Sultana, kien qiegħed birdwatching fl-inħawi tal-Jerma f’Marsaskala sab il-karozza tiegħu vandalizzata.
L-erba’ roti (tyres) tal-karozza, li kienet ipparkjata, ġew imċarrta minn individwu jew individwi mhux magħrufa. Sultana għamel rapport mill-ewwel fl-għassa tal-pulizija u dwar dan il-każ għaddejjin l- investigazzjonijiet.