Kelliem għall-Korp tal-Pulizija, Brandon Pisani saħaq li l-karozza li fil-bagoll tagħha nstab il-katavru hija l-istess waħda li kien jagħmel użu minnha Mario Farrugia ta’ 62 sena li kien irrappurtat nieqes fl-aħħar jiem.
Il-karozza hija tal-għamlu Peugot 407 bin-numru tar-reġistrazzjoni BGY 074.
Brandon Pisani ma setax jikkonferma jekk il-vittma huwiex Mario Farrugia għaliex il-katavru nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni u wieħed allura issa jrid jagħmel testijiet biex jikkonferma l-identità tal-vittma.
Mal-ġurnalisti fil-Wied ta’ Ħal Qormi, fejn instab il-katavru, Brandon Pisani qal li l-katavru nstab b’wiċċu mgħotti b’xi kutra.
Mario Farrugia ilu rrappurtat nieqes mit-28 ta’ Marzu li għadda fejn deher l-aħħar fl-akwati ta’ Pembroke, viċin fejn jgħix.
AQRA AKTAR: