Residenti Beltin ħolqu petizzjoni, bil-proposta tagħhom tkun li jinħoloq monument b’ringrazzjament għall-ġid li għamel magħhom, Pawlu Curmi, il-Pampalun.
Fil-messaġġ li huma kitbu mal-petizzjoni qalu li fil-fehma tagħhom Curmi hu personaġġ li għaqqad diversi żgħażagħ permezz tas-sehem tiegħu fil-Karnival ta’ Malta sa minn meta kien ta’ età żgħira.
Ta’ dan huma qalu li jixtiequ jirringrazzjawh billi jħeġġu lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex jonorah b’monument f’post prominenti ġewwa l-Belt Valletta.
Dawk kollha li huma interessati li jiffirmaw din il-petizzjoni jistgħu billi jidħlu hawn.