Wara s-suċċessi fl-aħħar snin, il-Kunsill Lokali f’Ta’ Xbiex ser jorganizza t-tielet edizzjoni ta’ “Karnival fil-Marina”, nhar it-Tnejn 27 ta’ Frar mill-5pm ‘il quddiem ġewwa l-parkeġġ tal-Yacht Marina f’Ta’ Xbiex.
Attività oriġinali li tgħaqqad u tiġbor flimkien nies minn kull età pemezz ta’ villaġġ tal-Karnival uniku ġol-qalba tal-Yacht Marina.
Għal din l-attività ser jispikkaw karrijiet zgħar, maskri grotteski, ħafna skejjel taż-żfin, animaturi, kompetizzjonijiet għall-aqwa kostum u bosta ħwejjeġ u sorpriżi oħra.
L-entratura hija mingħajr ħlas u hija attivita’ ideali għan-nies tal-lokal u tal-madwar li jkunu jridu jgawdu l-karnival izda fl-istess ħin jaqtgħu qalbhom jidħlu l-Belt Valletta.