Il-Karnival ta’ Malta din is-sena se jsir bejn l-24 u t-28 ta’ Frar.
Din is-sena, se jkun hemm iktar attivitajiet relatati ma’ tradizzjonijiet Maltin, b’serata minnhom se tkun iddedikata propju għal din it-tema. L-attivitajiet se jkunu ffokati kollha l-Belt Valletta, u l-grand defile bħas-soltu jibda mil-Floriana.
Se jkun Karnival b’differenza, għaliex id-dilettanti jinsabu ħerqana aktar minn qatt qabel. Dan għaliex fl-aħħar ta’ Novembru li għadda, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjan għall-villaġġ tal-Karnival. Proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown.
Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.
Propju dawn iż-żeffiena bħalissa jkunu għaddejjin bl-aħħar preparamenti u provi, sabiex fi Frar jeżebixxu rwieħhom, jikkompetu u jimpressjonaw, kif jafu jagħmlu l-Maltin.
Il-poster ta’ din is-sena huwa disinjat mill-artist Għawdxi Manuel Farrugia.
Dilettanti tal-Karnival kienu rrakkontaw f’differenza se jkun qed jagħmel il-proġett maħsub għalihom.
https://www.youtube.com/watch?v=TawdaJuFac8