Il-Papa Franġisku ħatar lill-Kardinal Mario Grech bħala membru tal-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti.
Hawnhekk ser iservi f’din il-Kongregazzjoni ta’ 22 membru u bħalissa qiegħed iservi Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Grech jagħmel parti wkoll mill-Kunsill Pontifiċju li jaħdem favur l-għaqda fost l-insara, fost l-oħrajn.
Id-Djoċesi Għawdxija awgurat lill-Kardinal Grech f’din il-kariga ġdida tiegħu permezz ta’ kitba fuq Facebook.