L-Università ta’ Malta ser tkun qed tonora lil bosta personalitajiet Maltin u Għawdxin b’titli akkademiċi ta’ Honoris Causa.
Fost dawn hemm il-Kardinal Malti Mario Grech, li se jkun onorat bit-titlu tad-Dottorat fil-Filosofija, Honoris Causa.
Monsijur Victor Grech, id-Direttur ta’ Caritas Malta, u Patri Dijonisju li jaħdem bis-sħiħ ma’ dawk l-aktar vulnerabblu se jkunu onorati bit-titli ta’ Maġisteru (Master of Letters) Honoris Causa.
Min-naħa l-oħra l-Professur Gianrico Farrugia, ser jingħata Dottorat fix-Xjenza, Honoris Causa.
Angela Callus u Sr Joan Garner se jkunu onorati wkoll bit-titlu ta’ Maġisteru.
Iċ-ċerimonja ser issir fis-19 ta’ Novembru li ġej fil-Knisja tal-Università fil-Belt Valletta.